Hekk kif is-suq tat-trasferimenti jinsab fl-aqwa tiegħu wara li ġiet fi tmiemha l-EURO 2024, Arsenal mistennija jkunu mpenjati ferm fl-jiem li ġejjin.
Jidher li Emile Smith Rowe, Eddie Nketiah u Reiss Nelson mistennija jħallu lill-Gunners fil-jiem li ġejjin. Smith Rowe jinsab viċin ferm li jissieħeb ma’ Fulham filwaqt li Nketiah mistenni jħalli l-Ingilterra u jmur jilgħab fi Franza ma’ Marseille. Minn naħa l-oħra f’Reiss Nelson hemm interess kemm minn West Ham u anke minn Leicester.
Intant fis-sigħat li ġejjin, Arsenal mistennija jikkonfermaw l-akkwist tad-difensur Taljan Riccardo Calafriori mingħand Bologna.
//= $special ?>