Internazzjonali

Assad jagħmel żjara sorpriża biex jiltaqa’ ma’ Putin

Il-President tar-Russja Vladimir Putin iltaqa’ mal-President tas-Sirja Bashar Al Assad.

Bl-użu tal-interpreti, Putin qal li hu interessant ħafna bl-iżvilupp tas-sitwazzjoni lejn is-Sirja. Żied li sfortunatement il-gwerer għandhom tendenza jibdew f’dak ir-reġjun.

Ħafna nies qed jistaqsu għaliex Bashar Al Assad mar ir-Russja proprju bħalissa.

Waqt li Assad qal li għamel din iż-żjara minħabba l-anniversarju tal-bidu ta’ relazzjonijiet pożittivi bejn iż-żewġ pajjiżi, li bdew fl-2011, hemm ċans li din iż-żjara fil-fatt għandha x’taqsam mat-Turkija. Dan minħabba li t-Turkija għadha qed tgħin u tipproteġi għedewwa tas-Sirja, u r-Russja tista’ tkun medjatur bejn iż-żewġ pajjiżi.

L-alleanzi tal-Punent ilhom jipprovaw jħallu lil Putin iżolat, imma l-fatt li Assad huwa wieħed minn ħafna mexxejja li ltaqgħu ma’ Putin riċentament – flimkien ma’ Orban, Erdogan, Xi Jinping u Modi – dan qed jitqies bħala inkwetanti.