Fis-soċjetà tagħna qed nespejenzaw draguni li ma jixbgħu b’xejn – draguni li qed jibilgħuna, u li spiċċajna skjavi tagħhom.
Dwar dan tkellem l-Isqof t’Għawdex Mons. Anton Teuma waqt il-festa ta’ San Ġorġ li ġiet iċċelebrata l-ġimgħa li għaddiet. Bl-Isqof Teuma jappella biex noqgħodu attenti minn dak li qed iseħħ madwarna.
Fil-Bażilika ta’ San Ġorġ, l-Isqof Teuma tkellem dwar il-materjaliżmu li ġej mill-mudell ekonomiku.
Hu tkellem dwar il-ħtieġa li nieħdu kollox issa. Irrefera ukoll dwar il-bżonn li nibnu immaġini ibbażata biss fuq l-istatus.
Mons Teuma tkellem dwar id-dragun tal-firda, b’familji imkissrin u ġenituri mifrudin.
//= $special ?>