Robert Abela għadu ma ħa ebda azzjoni fil-konfront tal-Professur Edward Scicluna. Dan wara li lbieraħ tpoġġa’ taħt att ta’ akkuża b’rabta mas-serqa ta’ Vitals/Steward.
Sa dalgħodu, l-Eks Ministru tal-Finanzi kien għadu ma rriżenjax minn Gvernatur tal-Bank Ċentrali.
F’intervista li ta lit-Times, il-Prim Ministru qal biss li l-Prof Scicluna għandu jimxi fuq l-eżempju ta’ Chris Fearne, li rriżenja minn Deputat Prim Ministru – għalkemm xorta żamm postu fil-Grupp Parlamentari Laburista.
“Il-buon sens se jirrenja,” stqarr Robert Abela, filwaqt li rrefera għas-serjetà ta’ Edward Scicluna li dejjem poġġa l-ewwel l-interess nazzjonali.
//= $special ?>