L-Eżekuttiv tal-Kumitat Olimpiku Internazzjonali ltaqa’ f’Pariġi fejn il-President Thomas Bach ħabbar li għall-Olimpijadi tax-Xitwa tal-2030, li huma allokati għall-Alpi Franciżi, il-President attwali ta’ Franza Emmanuel Macron ikkonferma li se jwassal lill-President il-ġdid ta’ Franza l-ħtieġa li jsiru l-garanziji finanzjarji meħtieġa.
Thomas Bach meta ħabbar dan, ikkonferma li hemm tiġdid fid-data tal-egħluq għal garanziji kif ukoll għar-ratifika.
Fl-istess waqt, b’mod unanimu, il-Kumitat Olimpiku Internazzjonali għażel lil Salt Lake City biex jorganizza l-Olimpijadi tax-Xitwa tal-2034.
Kien hemm preżenti f’Pariġi għal konferma ta’ Salt Lake City, Spencer Cox, Gvernatur ta’ Utah; Catherine Raney Norman u Fraser Bullock, Chairman u Kap Eżekuttiv tal-Kumitat Organizattiv ta’ Salt Lake City 2034; flimkien mac-champion Olimpika Lindsey Vonn, ambaxxatrici għal Salt Lake City.
//= $special ?>