Sport

Jibda l-logħob Olimpiku qabel iċ-Ċerimonja tal-Ftuħ

Fost il-kompetizzjonijiet li bdew jumejn qabel iċ-Ċerimonja tal-Ftuħ, kien hemm l-ewwel partiti tal-futbol tal-irġiel, filwaqt li llum jintlagħbu l-ewwel partiti mill-fażi tal-Gruppi tal-futbol tan-nisa.

Dawn huma r-riżultati tal-ewwel logħob:

Grupp A

Guinea: 1  New Zealand: 2

Franza: 3  Stati Uniti: 0

Grupp B

Arġentina: 1   Marokk: 2

Iraq: 2 Ukrajna: 1

Grupp C

Użbekistan; 1    Spanja:  2

Eġittu: 0 Republika Dominikana: 0

Grupp D

Ġappun: 5  Paragwaj:  0

Mali: 1    Iżrael:  1

Ilbieraħ ingħata wkoll bidu għall-kompetizzjoni tar-Rugby 7s li tkompli llum u tasal sal-fażi tal-kwartifinali. Illum jintlgħab ukoll ir-Rawnd Preliminari tal-handball tal-irġiel u nisa filwaqt li jibda wkoll l-isparar bil-qaws bir-ranking individwali tal-kategoriji rġiel u nisa.

Fi Stade Orange Velodrome : Grupp A

Franza:     3         Stati Uniti:     0

Riżultat ta’ 0-0 fi tmiem l-ewwel taqsima. Fil-61 minuta Franza fil-vantaġġ meta minn azzjoni ta’ Michael Olise kien ALEXANDRE LACAZETTE li għeleb lil Patrick Schulte. Ebda reazzjoni mill-Istati Uniti li tmien minuti wara sofrew it-tieni gowl skorjat minn MICHAEL OLISE minn azzjoni ta’ Lacazette. Bil-partita deċiża fil-85 minuta meta l-iskor sar 3 – 0, b’gowl ta’ LOIC BADE’ fuq azzjoni ta’ Joris Chotard.

Fi Stade Geoffrey Guichard: Grupp B

Argentina:  1       Marokk:    2

Marokk  fetħu l-iskor minuta minn tmiem l-ewwel taqsima meta minn azzjoni ta’ Achraf Hakimi kien SOUFIANE RAHIMI li għeleb lil Geronimo Rulli għal 1 – 0. L-istess SOUFIANE RAHIMI, fil-51 minuta, minn penalty għeleb lil Rulli għal vantaġġ doppju. Argentina naqqsu l-iskor fit-68 minuta permezz ta’ GIULIANO SIMEONE li minn pass ta’ Julio Soler għeleb lil Memir el Kajoui. Ingħataw 18-il minuta żejda fuq id-90 minuta fejn fis-106 minuta kien Cristian Medina li għeleb lil El Kejoui għal dak li deher draw drammatiku . Madankollu, meta kkonsulta l-VAR, ir-referee ħassar il-gowl fuq offside millimetriku.

F’Parc de Princes: Grupp C

Uzbekistan:    1       Spanja:   2

Spanja marru fil-vantaġġ fid-29 minuta permezz ta’ MARC PUBILL li minn azzjoni ta’ Abel Ruiz għeleb lil Nematov. Kien hemm reazzjoni minn Uzbekistan li fit-tielet minuta ta’ ħin miżjud fi tmiem l-ewwel taqsima kisbu l-gowl tad-draw minn penalty mogħti minn ELDOR SHOMURODOV li għeleb lil Arnau Tenas. Penalty għal Spanja fid-59 minuta b’Nematov isalva b’riġlejħ ix-xutt ta’ Sergio Gomez. Tliet minuti wara SERGIO GOMEZ patta meta minn azzjoni ta’ Juan Miranda li għeleb lil Nematov għat 2 – 1 .