Ftit sigħat wara li l-Viċi President tal-Istati Uniti Kamala Harris ħarġet l-ewwel filmat tal-kampanja tagħha, il-President Joe Biden indirizza lill-poplu Amerikan, fejn spjega għaliex waqqa’ n-nomina tiegħu għall-elezzjoni.
Hu qal li issa wasal iż-żmien biex jgħaddi t-tmexxija lill-ġenerazzjoni ta’ warajh, u insista li l-Amerika għandha tħares ‘il quddiem, mhux lura. Għalhekk, minkejja li jħobb l-uffiċċju tiegħu, m’hemm xejn li jħobb aktar mill-pajjiż u d-demokrazija.
Waqt li kien qed jitkellem fuq kandidati oħra, Biden qal li wara li qed jappoġja lil Kamala Harris, u hi se jkollha biżżejjed delegati biex issir l-kandidata ewlenija tal-Partit Demokratiku.
Minbarra dan, mingħajr ma semma’ ismu, irrefera wkoll għall-perikli kollha li żviluppaw taħt Donald Trump.
F’dan il-filmat spjega wkoll il-pjan tiegħu għall-aħħar xhur tal-Presidenza tiegħu – pjan li jinkludi t-tnaqqis tal-ispejjeż għall-familji Amerikani u li jagħmel li jista’ sabiex iwassal pajjiż bid-drittijiet tal-għażla.
//= $special ?>