Internazzjonali Sport

Ma jonqsux il-kontroversji: Nuqqas fil-provvista tal-bajd fil-Villaġġ Olimpiku

Ħafna atleti qed jilmentaw dwar in-nuqqas ta’ ikel waqt l-Olimpjadi.

Rapporti fil-midja Franċiża qalu li l-ikel – speċjalment il-bajd – kien skars ħafna. Dan apparti li kien hemm ukoll nuqqas ta’ laħam.

Sodexo Live!, il-kumpanija li qed tissupplixxi l-ikel fil-villaġġ Olimpiku, ikkonfermat li hemm domanda għolja ħafna, u l-ammont ta’ prodotti se jiżdied f’dawn il-jiem. Filfatt, il-Villaġġ tal-Olimpjadi se joffri 13-il milljun ikla – 40,000 ikla kuljum.

L-atleti se jkollhom aċċess għal ikel minn Franza, l-Asja, l-Afrika u l-Karibew u aktar.

L-Olimpjadi jiftħu uffiċjalment għada filgħaxija.