Kummerċ Lokali

McDonald’s jerġa’ jinfetaħ f’Tas-Sliema

Ir-ristorant popolari ta’ McDonald’s f’Tas-Sliema reġa’ nfetaħ mill-ġdid għall-pubbliku b’disinn ġdid u aktar kontemporanju wara proġett ewlieni ta’ tisbieħ, xogħol li biex isir, kien jinħtieġ li r-ristorant jingħalaq b’mod temporanju aktar kmieni din is-sena.

Imqassam fuq medda ta’ 836m², ir-ristorant ta’ McDonald’s f’Tas-Sliema huwa l-akbar McDonald’s f’Malta.

Il-proġett ra reviżjoni sħiħa tal-lobby u z-zoni fejn ipoġġu l-klijenti biex issa, ir-ristorant jista’ jakkomoda 248 klijent li issa jistgħu jgawdu l-aktar innovazzjonijiet riċenti maħsuba biex itejbu l-esperjenza għall-klijenti kollha li jagħżlu li jżuru dan ir-ristorant. Ġiet introdotta wkoll zona ta’ soft-play modernizzata għall-familji u t-tfal tagħhom.

“Ninsabu eċċitati ħafna li erġajna tajna ħajja ġdida lir-ristorant tagħna f’tas-Sliema u li se nerġgħu inkunu qed nilqgħu lill-klijenti regolari tagħna mill-ġdid. Wara xhur ta’ ħafna ħidma intensiva, kważi 70 crew member tagħna reġgħu irritornaw lura f’dan ir-ristorant u huma lesti aktar minn qatt qabel biex jerġgħu ikomplu jwasslu mumenti ta’ pjaċir lill-klijenti f’ ambjent ġdid, li jinkorpora t-teknoloġiji li l-klijenti tagħna bdew iħobbu” qal Peter Hili, Direttur Maniġerjali ta’ Premier Restaurants Malta.

Premier Capital topera l-istabbilimenti tal-McDonald’s f’Malta u Għawdex, u hija l-kumpanija Maltija li topera wkoll McDonald’s fl-Estonja, fil-Latvja, fil-Litwuanja, fil-Greċja u fir-Rumanija.

Sabiex jitfakkar il-ftuħ mill-ġdid, McDonald’s qed toffri offerti esklussivi, fosthom delivery b’xejn lir-residenti kollha Slimiżi matul il-kumplament ta’ Lulju grazzi għad-delivery partners tagħha Bolt u Wolt u permezz tal-App tagħha.

Ir-ristorant ta’ McDonald’s f’Tas-Sliema laqa’ l-ewwel klijenti tiegħu fl-2013 u sal-lum, dan ir-ristorant waħdu serva ‘l fuq minn 5 miljun klijent.

Kuljum, id-disa’ ristoranti ta’ McDonald’s f’Malta u Għawdex, li b’kollox jimpjegaw aktar minn 450 impjegat, jaqdu iżjed minn 20,000 klijent.