Internazzjonali Lokali Sport

Pulizija minn diversi pajjiżi f’Pariġi biex jgħassu waqt il-logħob Olimpiku

Meta fadal ġurnata qabel il-bidu tal-Olimpjadi ta’ Pariġi, uffiċjali mill-Korp tal-Pulizija tal-Guardia Civil ta’ Spanja jinsabu Pariġi sabiex jgħassu s-sistemi tat-trasport Pariġin fiz-zona ta’ Gare du Nord u f-Champs-Elysées, flimkien mal-kollegi tagħhom Franċiżi.

L-uffiċjali, bħal oħrajn minn pajjiżi oħra, jinsabu Parigi biex jgħinu lil dawk Franċiżi matul il-perjodu tal-Logħob Olimpiku u huma wkoll preżenza milqugħa għal turisti li ma jitkellmux bil-Franċiż.

Fl-istess waqt uffiċjali tal-pulizija Franċiżi u l-kontro partijiet tagħhom mill-Qatar, qed jgħassu fit-toroq tal-kapitali fuq iż-żwiemel biex isaħħu s-sigurtà meta ninsabu sigħat ‘il bogħod qabel iċ-Cerimonja tal-Ftuħ tal-Logħob Olimpiku li għandha ssir fuq ix-xmara Seine.

Hemm total ta’ 105 uffiċjal tal-pulizija mill-Qatar li se jibqgħu hemm sakemm jintemmu l-Olimpijadi.