Filwaqt li bħala Rota jifhmu li x-xogħlijiet qed jiġu kkunsidrati bħala ‘short-term’, huma qed isostlu li hu inaċċettabli li dawn ix-xogħlijiet temporanji qed ineħħu l-konnessjonijiet tar-roti li diġà huma limitati li jeżistu fiż-żona. Jekk infrastruttura xierqa għaċ-ċikliżmu titqies li mhix possibbli permezz ta’ dawn ix-xogħlijiet, il-minimu assolut li tista’ tagħmel Infrastructure Malta huwa li żżomm il-konnessjonijiet eżistenti bejn il-lokalitajiet fil-viċinanzi ta’ din it-triq.
Minkejja n-network tar-roti mwiegħed ta’ €35 miljun, m’hemm l-ebda infrastruttura tar-roti li qed tiġi proposta fix-xogħlijiet tat-triq Tal-Barrani. Dan iqajjem tħassib serju dwar is-sigurtà għaċ-ċiklisti:
- Disinni mill-ġdid mhux siguri li qed iġiegħlu liċ-ċiklisti jużaw toroq ta’ traffiku qawwi.
- Konnessjonijiet injorati bejn lokalitajiet.
- Eliminazzjoni tar-rotot eżistenti għall-ivvjaġġar tar-roti.
- Qsim u rotot proposti li mhux siguri.