Lokali

Sewwieq ta’ mutur iweġġa gravi wara inċident fil-Marsa

Il-Ħamis għall-ħabta tad-disgħa ta’ filgħodu, il-Pulizija ġiet infurmata li kien għadu kemm seħħ inċident tat-traffiku fi Triq it-Tiġrija, il-Marsa.

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li kienet seħħet ħabta bejn mutur Yamaha misjuq minn raġel ta’ 31 sena residenti l-Belt Valletta u Ford Transit Courier misjuq minn raġel ta’ 33 sena minn Ħaż-Żabbar.

Is-sewwieq tal-mutur sofra xi ġrieħi u għalhekk ingħata l-għajnuna minn tim mediku li mar fuq il-post.

Huwa ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza, fejn iktar tard ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.