Il-Kumitat Olimpiku Internazzjonali organizza fil-Mużew Louvre, iċ-ċena uffiċjali li tagħti bidu għall-Olimpjadi ta’ Pariġi 2024. Fost il-mistiedna tal-President Thomas Bach u martu Claudia, flimkien mad-Direttur tal-Louvre Laurence de Cars, kien hemm il-President ta’ Franza Emmanuel Macron u martu Brigitte.
Bosta kienu l-mistiedna distinti fosthom ir-Re Felipe VI ta’ Spanja u martu Letizia, ir-Re Frederick X u r-reġina Mary tad-Danimarka, kif ukoll ir-Re Willem Alexander tal-Olanda Albert II u martu Charlene ta’ Monaco, flimkien maċ-Chairman tal-Kumitat Organizzattiv tal-Logħob Olimpiku Tony Estanguet.
Fost dawk preżenti ma naqsux personalitajiet mid-dinja politika fosthom il-Vici President taċ-Ċina Han Zheng, il-Prim Ministru tal-Greċja Kyriakos Mitsotakis u martu Mareva Grabowski, kif ukoll il-President tal-Polonja Andrzej Duda.
Għaċ-Ċerimonja tal-Ftuħ mistennija jattendu l-kapijiet ta’ stat tal-pajjiżi ewlenin fosthom il-mara tal-President Amerikan Jill Biden fin-nuqqas ta’ żewġha Joe Biden, kif ukoll il-President ta’ Iżrael Isaac Herzog, il-President tal-Kumitat Olimpiku tal-Palestina Jibril Rajoub, kif ukoll mistenni jattendi l-Prim Ministru Ingliż Keir Starmer.
//= $special ?>