Chris Fearne jixraqlu jkun parti mill-Partit Laburista.
Hekk iddikjara ma’ Net News il-Ministru Roderick Galdes meta staqsejnih jekk jagħmilx sens li Chris Fearne jibqa’ fil-grupp Parlamentari Laburista wara li l-Qorti ppreseduta mil-Maġistrat Leonard Caruana ddikjarat li hemm raġunijiet biżejjed biex l-eks Deputat Prim Ministru Fearne – li preżentament għadu Deputat Mexxej tal-Partit Laburista – jgħaddi ġuri b’rabta mal-iskandlu tal-Vitals u Steward.
Net News staqsa lill-Ministru Galdes għaliex qed jagħmlu distinzjoni bejn Chris Fearne u l-kollega tiegħu tas-Sitt Distrett, Rosianne Cutajar.
Dan meta l-eks Membru Parlametari Laburista Rosianne Cutajar kienet intalbet tireżżenja wara stejjer li dehru fuqha fil-media, u r-rabta li kellha ma’ Yorgen Fenech.
Bil-Ministru Rodererick Galdes mill-ġdid jerġa’ jagħmel referenza għal dak li qal il-Prim Ministru Robert Abela.
Robert Abela aktar kmieni din is-sena kien qal li Cutajar kellha tagħmel apoloġija ġenwina u sinċiera qabel ma tkun tista’ terġa’ tingħaqad mal-Partit Laburita; liema apoloġija baqgħet ma waslet qatt.
//= $special ?>