Waqt il-Konferenza Ġenerali Triennali li saret il-Ġimgħa, l-Forum Unions Maltin ħabbret il-kompożizzjoni tal-uffiċjali tagħha għat-terminu 2024-2027:
- Marco Bonnici, President
- Christopher Attard- Segretarju Ġenerali
- Alexander Manche’- Viċi President
- Elaine Germani – Assistent Segretarju Ġenerali
- Tony Portelli – Teżorier
Il-Konferenza Ġenerali rringrazzjat lill-eks President Paul Pace, lill-eks Assistent Segretarju Ġenerali Joseph Aquilina u lill-Uffiċjali rispettivi għas-servizz estensiv li taw lill-konfederazzjoni matul il-mandat li għadda.
Fir-reazzjoni inizjali tiegħu Marco Bonnici stqarr li jinsab ħerqan li jara lil For.U.M. jikber f’termini ta’ numru ta’ unjins li jirrappreżenta, li bħalissa huma erbatax, u għandhom ikunu qed jaħdmu mal-Uffiċjali, il-Kunsill u t-Trade Unions rispettivi biex ikomplu jistabbilixxu l-konfederazzjoni bħala wieħed mill-atturi ewlenin fid-djalogu soċjali tripartitiku fil-livell nazzjonali u livelli Ewropej.
//= $special ?>