Wara li s-sistemi tad-drenaġġ u tal-provvista tal-elettriku spiċċaw taħt pressjoni enormi minħabba l-mudell li ħaddem il-Gvern li importa eluf ta’ ħaddiema barranin, jidher li issa Robert Abela qed jipprova juri li qed jieħu azzjoni. Għalkemm din l-azzjoni se tkun mossa fuq settur wieħed biss. B’analisti jgħidu li din hija sempliċiment manuvra popolista.
Fi stqarrija maħruġa llum, il-Gvern qal li skont evalwazzjoni li saret minn Jobsplus, pajjiżna għandu biżżejjed ħaddiema tal-Y plates u food couriers.
“Konsegwentement, ġie rrakkomandat li jiġu irrifjutati applikazzjonijiet ġodda għall-permessi ta’ xogħol, inklużi dawk ta’ individwi li għadhom barra minn Malta u dawk li jixtiequ jbiddlu lil min iħaddimhom. Din id-deċiżjoni hija bbażata fuq reviżjoni estensiva tas-suq tax-xogħol, inkluża l-analiżi tar-reġistri tal-qgħad u l-postijiet battala ta’ min iħaddem.”
Mhux magħruf eżatt għaliex ġew individwati biss dawk li jqassmu l-ikel u x-xufiera tal-Y plates.
Is-sena li għaddiet, il-Ministru tal-Finanzi kien wissa li l-popolazzjoni ta’ Malta taf tisplodi għal 800,000 sas-sena 2040 jekk ma jinbidilx il-mudell ekonomiku – xi ħaġa li Robert Abela għadu m’għamel xejn dwarha.
//= $special ?>