Il-Malta International Business Awards (MIBA) 2024 għadhom kif żvelaw il-finalisti, ta’ din il-kompetizzjoni prestiġjuża. Organizzata minn TradeMalta, it-tielet edizzjoni tal-MIBA ġibdet firxa impressjonanti ta’ sottomissjonijiet minn esportaturi bbażati f’Malta, li tixhed n-natura vibranti u diversa tal-esportazzjoni f’Malta.
Il-kwalità tas-sottomissjonijiet kienet wahda eċċellenti, u kienet sfida kbira għall-bord ta’ aġġudikazzjoni li jagħżel il-finalisti. Dawn kollha ġew evalwati bir-reqqa biex jiġi żgurat li jissodisfaw il-linji gwida u l-kriterji tal-applikazzjoni. Il-kumpaniji magħżula mbagħad ġew mistiedna jagħtu preżentazzjonijiet lill-bord tal-ġudikatura, biex jiġu iddeterminati
ir-rebbieħa għal kull kategorija.
Il-premjijiet jinkludu erba’ kategoriji: L-Aqwa Esportatur tal-SMEs, l-Aqwa Esportatur Kbir, l-Aqwa Esportatur b’Potenzjal Għoli u l-Aqwa Esportatur tas-Swieq Emerġenti. Il-finalisti ġejjin minn firxa wiesgħa ta’ industriji li jenfasizzaw il-kapaċitajiet robusti tal-esportaturi ta’ Malta inklużi l-manifattura, ir-riċerka u l-iżvilupp, l-edukazzjoni, is-softwer, t-teknoloġija u l-AI, il-marittimu, l-istampar 3D, u d-disinn tal-web. Il-finalisti huma:
L-Aqwa Esportatur tal-SMEs: Pet Nutrition House Ltd; International Safety and Training College, IoT Solutions Ltd, MMRTC Co-operative Society Ltd.
l-Aqwa Esportatur Kbir: Magro Brothers (Foods) Ltd; Simonds Farsons Cisk plc; SIGMA Group; Salvu Grima Group, AquaBioTech Group
l-Aqwa Esportatur b’Potenzjal Għoli: 9H Digital Ltd; Thought 3D Ltd; EBO Ltd; Central Mediterranean Business School, IoT Solutions Ltd.
l-Aqwa Esportatur tas-Swieq Emerġenti: Pet Nutrition House Ltd; Simonds Farsons Cisk Plc; SIGMA Group; Salvu Grima Group; Central Mediterranean Business School; MMRTC Co. Operative Society Ltd; AquaBioTech Group.
Ir-rebbieħa ta’ kull kategorija, flimkien mar-rebbieħ ġenerali, se jitħabbru waqt serata fir-Radisson Golden Sands Hotel nhar il-Ġimgħa, 29 ta’ Novembru, 2024.
Il-MIBA 2024 qed jiġu organizzati minn TradeMalta u HSBC Bank Malta p.l.c., bħala s-sieħeb strateġiku ta’ TradeMalta, bl-appoġġ tal-Emirates u Grant Thornton, filwaqt li Times of Malta huma l-media partner ta’ dan l-avveniment.Barra minn hekk, il-premjijiet huma approvati mill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ, kif ukoll mill-Kamra tal-Kummerċ ta’ Malta.
Għal aktar informazzjoni u dwar il-Malta International Business Awards 2024 wieħed għandu jżur www.miba.mt jew jikkuntattja lil TradeMalta fuq info@trademalta.org jew ċempel 22472400.
//= $special ?>