Sport

Illum iċ-Ċerimonja tal-Ftuħ tal-Olimpjadi fix-xmara Seine f’Pariġi

Illum l-attenzjoni se tkun fuq iċ-Ċerimonja tal-Ftuħ fix-xmara Seine li taqsam Pariġi, li ufficjalment tagħti bidu għall-Olimpjadi PARIGI2024. Fl-istess Ċerimonja tal-Ftuħ il-bandiera Maltija se tinġarr mit-tiratur Gianluca Chetcuti u mill-għawwiema Sasha Gatt flimkien mal-bqija tal-kontinġent immexxi mix-chef de Mission Paul Sultana; l-ufficjali tal-Kumitat Olimpiku Malti Charlene Attard, Direttur tal-isport; Maria Vella Galea Direttur tal-Media; Dr. Lucienne Attard responsabbli mis-settur mediku; u David Azzopardi, Direttur tal-Finanzi .

Il-bqija tal-kontinġent hu magħmul mill-atleta Beppe Grillo, il-judoka Katryna Esposito u l-għawwiem Kyle Micallef. Il-kowċis rispettivi Stevie Camilleri għal atletika, Aurelien Ciprian Fleisz għal Judo, Antonello Lezzi għall-isparar u Catalin Stan għall-għawm.

Għall-kontinġent Malti, fil-Villaġġ Olimpiku, saret żjara mill-atleta paralampika Maltija Vladyslava Kravchenko li kienet irrappreżentat lil Malta darbtejn fil-Logħob Paralimpiku u membru tal-Malta Paralympic Committee.

Miċ-Ċerimonja tal-Ftuħ l-attenzjoni, it-tensjoni tmur fuq l-ewwel kompetizzjonijiet, bl-attenzjoni fuq il-judoka KATRYNA ESPOSITO li għada se tkun l-ewwel atleta fl-azzjoni għal Malta.

Katryna Esposito se tikkompeti fil-kategorija 48 kg għada fl-10 ta’ filgħodu fil-Champ de Mars Arena, fil-qalba ta’ Parigi. Avversarja għal Esposito il judoka mill-Mongolia BAASANKHUU BAVUUDORJ ta’ 24 sena li fl-2024 rebħet il-Kampjonat tad-Dinja tal-kategorija 48 kilo fl-edizzjoni li saret f’Abu Dhabi.