Is-Senat Amerikan ordna li tinfetaħ investigazzjoni fil-konfront tal-kumpanija falluta Steward Healthcare, bil-Kap Eżekuttiv tagħha ġie ordnat jidher quddiem il-Kumitat Parlamentari tas-Saħħa.
Il-media Amerikana qed tirrapporta kif iċ-Chairperson ta’ dan il-Kumitat – is-Senatur Bernie Sanders – se jinvestiga kif Steward baqgħet tixxaħħaħ fis-servizzi lejn il-pazjenti, meta l-Kap Eżekuttiv Ralph De la Torre daħħal “somom kbar ta’ flus”.
Fil-fatt, waqt li Steward kienet qed tagħlaq sptar wara l-ieħor, De la Torre xtara jott ta’ 40 miljun dollaru, dgħajsa tas-sajd li tiswa’ 15-il miljun dollaru, kif ukoll żewġ jets. Bis-Senatur Bernie Sanders jiddeskrivi dan kollu bħala “rgħiba tal-blieħ”.
De la Torre ilu żmien twil jevita milli jidher quddiem is-Senat. Iżda din il-ġimgħa, inħarġitlu ordni biex hu jidher quddiem dan il-Kumitat b’mod immedjat.
Issa li falliet, il-kumpanija Steward qed tipprova teħles minn 31 sptar li kienet topera madwar l-Istati Uniti.
Din il-kumpanija hija l-istess waħda li Chris Fearne kien sejħilha ‘the real deal’.
//= $special ?>