Fl-isfond ta’ xita qalila li laqtet il-kapitali ta’ Franza, Pariġi, ingħata bidu għat-33 edizzjoni tal-Olimpjadi. Iċ-ċerimonja inawgurali inżammet fuq ix-xmara Seine. L-Olimpjadi qed iseħħu wkoll fl-isfond ta’ sitwazzjoni ġeopolitika kemxejn instabbli fi Franza kif ukoll madwar l-Ewropa kollha, partikolarment bit-tensjoni fl-Ukrajna, is-sitwazzjoni politika fi Franza, kif ukoll l-element ta’ theddid ta’ atti terrorsitiċi fil-villaġġ Olimpiku. Minkejja is-sigurta stretta fi Franza, l-organizzaturi qed jittammaw li dan il-Logħob Olimpiku jnaqqas xi ftit mit-tensjoni u jġib l-għaqda u festa ta’ diversita’ fil-belt kapitali Franċiża.
Iċ-ċerimonja inawgurali kienet tikkonsisiti fi ħdax-il att maqsuma fuq aktar minn erba’ siegħat, bil-pajjiżi jippreżentaw l-atleti tagħhom li se jkunu qed jipparteċipaw fid-dixxiplini diversi matul dan ix-xahar li ġej. Fost l-aktar atti prominenti kien hemm prestazzjoni mill-kantanta ta’ fama mondjali Lady Gaga, quddiem il-preżenza ta’ bosta dinjitarji u persuni distinti li kienu preżenti għaċ-ċerimonja uffiċjali, fosthom il-Prim Ministru Ingliż Keir Starmer kif ukoll l-eks futbol Franċiż Zinedine Zidane, li mexxa t-torċa Olimpika fit-toroq ta’ Pariġi. Fost l-aktar kontinġenti li rċevew applaws qawwi kien hemm il-kontinġent Palestinjan, li fl-isfond tal-ġlied f’Gaza, rċieva applaws qawwi minn dawk preżenti, wara l-attakk tal-Hamas fuq Iżrael fis-7 ta’ Otutbru tal-2023.
Fost il-kontinġenti hemm il-kontinġent Malti b’ħames atleti se jirrappreżentaw lil Malta f’erbgħa dixxiplini differenti. Dawn huma; Gianluca Chetcuti fl-Isparar, Katryna Esposito fil-Ġudo, fejn se tkun qed tikkompetti matul il-jum tas-Sibt, Sasha Gatt fl-għawm, Beppe Grillo fl-atletika, u Kylie Micallef fl-għawm. Flimkien magħhom fil-kontinġent hemm il-kowċis Steve Camilleri, Aurelian Ciprian Fleisz, Antonella Iezzi u Catalin Stan, b’Dr Lucienne Attard u Milos Stanisavljevic id-direttur mediku u l-fiżjoterapista rispettivi tal-kontinġent Malti. Illum se tkun qed tikkompeti Katryne Esposito fil-kategorija tan-nisa tat-48 kilogramma fil-Ġudi, fl-10.00am.
Intant, iċ-ċerimonja tal-ftuħ infetħet ukoll uffiċjalment b’diskors tal-okkażżjoni mill-President tal-Kumitat Olimpiku Internazzjonali Thomas Bach. Iċ-ċerminonja ingħalqet b’Zinedina Zidane jgħaddi it-Torċa Olimpika lit-tennista leġġenda Spanjol Rafael Nadal li se hu parti mill-kontinġent Spanjol.
Intant matul il-jum tal-Ħamis Fil-Mużew Louvre, il-Kumitat Olimpiku Internazzjonali organizza iċ-ċena ufficjali li tgħati bidu għall-Olimpijadi ta’ Pariġi 2024. Fost il-mistiedna tal-President Thomas Bach u martu Claudia flimkien mad-Direttur tal-Louvre Laurence de Cars, kien hemm il-President ta’ Franza Emmanuel Macron u martu Brigitte.Bosta kienu l-mistiedna distinti fosthom ir-Re Felipe VI ta’ Spanja u martu Letizia , ir-Re Frederick X u r-regina Mary tad-Danimarka kif wkoll ir-Re Willem Alexander tal-Olanda, Albert II u martu Charlene ta’ Monaco flimkien mac-Chairman tal-Kumitat Organizattiv tal-Logħob Olimpiku Tony Estanguet. Fost dawk preżenti ma naqsux personalitajiet mid-dinja politika fosthom il-viċi President tac-Cina Han Zheng, il-Prim Ministru tal-Grecja Kyriakos Mitsotakis u martu Mareva Grabowski kif wkoll il-President tal-Polonja Andrzej Duda.
//= $special ?>