Lejlet iċ-Ċerimonja tal-Ftuħ fiċ-ċentru tal-isparar bil-qaws f’Les Invalides, inkiser l-ewwel rekord tad-dinja minkejja li l-kompetizzjoni tal-isparar bil-qaws kienet fl-ewwel fażi tagħha. Rekord assolut minn LIM SI HYEON tal-Korea t’Isfel li għad għandha 20 sena u għamlet 694 punt minn 720 disponibbli.
Ir-rekord ta’ qabel kien ta’ 692 miksub minn Kang Chae Young tal-Korea t’Isfel miksub fl-2019. F’Tokyo fl-2020 An San ukoll tal-Korea t’Isfel, kienet għamlet 680 punt f’dixxiplina fejn il-Korea t’Isfel rebħet disa’ mill-aħħar għaxar midalji Olimpiċi.
Wara Lim Si Hyeon temmet b’688, Nam Suh Yeon tal-Korea t’Isfel u Yang Xiaolei taċ-Ċina b’673 .
Minkejja dawn ir-riżultati fl-ewwel ġurnata ta’ kwalifika, is-sistema hija li l-64 arċier jgħaddu għal fażi ta’ knock out.
//= $special ?>