Nirien enormi għadhom qed jahkmu il-belt storika ta’ Jasper fil-Kanada – belt li tinsab fil-periferija ta’ Alberta, f’nofs park mimli foresti qalb il-muntanji.
Fl-aħħar sigħat, pumpieri u diversi volontieri kienu impenjati f’girja kontra l-ħin biex isalvaw kemm jista’ jkun binjiet mill-qilla tan-nirien.
Għalkemm ma kienu rappurtati ebda vittmi, in-nirien wasslu sabiex 5,000 resident kellhom jiġu evakwati. Dan apparti li 20,000 turist kellhom iħallu din iz-zona u jsibu refuġju f’postijiet aktar siguri.
//= $special ?>