Internazzjonali

Kontroversja kbira dwar l-użu tal-AI

Kumpaniji kbar bħal Warner Brothers u Walt Disney jinsabu taħt pressjoni kbira mill-atturi wara li ġew żvelati pjani li jibbażaw fuq użu akbar tal-Inteliġenza Artifiċjali – u allura, qed tinħass dejjem anqas il-ħtieġa li jiġu ingaġġati atturi għall-produzzjonijiet ta’ video games.

Din il-kwistjoni ilha għaddejja għal aktar minn sena u nofs, f’botta u risposta bejn il-kumpaniji ewlenin u l-union li tirrapreżenta mal-2,500 video game performers.

Is-sena l-oħra, din il-kwistjoni wasslet għal strike kbir li pparalizza d-dinja ta’ Hollywood. B’effetti anke fuq produzzjonijiet li kienu qed jinġibdu f’pajjiżna, bħas-sequel ta’ Gladiator.