Sport

Proposta taż-żwieġ qabel il-bidu uffiċjali tal-Olimpjadi

Min bi skuża biex l-atleti jieħdu ritratt flimkien, u min għal proposta taż-żwieġ. Dan seħħ f’Parigi mal-wasla tal-kontinġent ta’ atleti tal-Arġentina. Waqt mawra fiċ-ċentru tal-kapitali, Pablo Simonet, wieħed mill-plejers ewlenin fit-tim nazzjonali tal-handball tal-Arġentina, talab lil grupp biex jippużaw għar-ritratt fl-isfond tax-xmara Seine fejn se ssir iċ-Ċerimonja tal-Ftuħ.

Simonet, iżda, apparti r-ritratt sejjaħ lil għarusa tiegħu Pilar Campoy li hija plejer fit-tim nazzjonali tal-hockey, niżel għarkupptejh u pproponielha biex tiżżewġu. Dan kollu f’atmosfera differenti mis-soltu flimkien mal-bqija tal-kontingent Argentin.

L-aħbar tal-proposta taż-żwieġ ta’ Pablo Simonet lil Pilar Campoy waslet wara disa’ snin li ilhom flimkien u kif wieħed stenna, iddominat ukoll l-aħbarijiet fil-midja Argentina u fl-Amerika t’Isfel.