Robert Abela huwa Prim Ministru dgħajjef li tilef il-moralita tiegħu għax qed jibqa’ ma jitlobx għar-riżenja tal-Gvernatur tal-Bank Ċentrali Edward Scicluna.
Hekk sostna l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech waqt konferenza tal-aħbarijiet li saret fid-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista fejn spjega kif isem pajjiżna mhux ta’ Robert Abela imma tal-poplu Malti u Għawdxi. U għalhekk, hemm bzonn li Scicluna jirriżenja u ma jkompliex jagħmel ħsara lir-reputazzjoni tagħna.
Bernard Grech sostna li hu stess kiteb lill-Ispeaker Anglu Farrugia u talbu biex jitlaqqa’ l-Parlament b’urġenza ħalli issir iżjed pressjoni fuq Scicluna.
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista tkellem ukoll dwar diversi kriżijiet oħra li pajjiżna qed jiffaċċja kaġun tan-nuqqas ta’ pjannar min naħa tal-Gvern.
Bernard Grech tkellem dwar il-kriżi fs-settur tal-enerġija fejn il-Partit Laburista warrab l-investiment li kellu jagħmel … waqt li l-popolazzjoni ta’ pajjżna kompliet tikber.
Bernard Grech insista li taħt Gvern Laburista qed naraw traffiku enormi, anke fix-xhur tas-sajf. Waqt li sostna li Robert Abela reġa gideb anke dwar id-dranaġġ fil-baħar meta qal li din hija problema tal-alka.
Kien hawnhekk fejn l-Kap tal-Partit Nazzjonalista reġa’ indirizza lil Robert Abela, u saħaq li huwa responsabbli għad-drenaġġ li qed jintefa fil-baħar
Dwar it-triq ‘il quddiem Bernard Grech qal li se jkun qed jiltaqa’ mal-MCESD ħalli flimkien jiddiskutu id-diversi kriżijiet li qed jiffaċċja pajjiżna.
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista tenna wkoll li hu għadu qed jistenna apoloġija mingħand Robert Abela għal mod kif tkellem dwar Roberta Metsola, kif ukoll mingħand Alex Agius Saliba u Daniel Attard li ma appoġjawx lil Roberta Metsola … però ivvutaw favur Ursola Von Der Leyen.
//= $special ?>