Fil-Knisja ta’ Santa Marija fl-Imqabba, ingħatat l-aħħar tislima lill-artist Mark Mallia li miet fit-23 ta’ Lulju fl-eta ta’ 59 sena, wara li kien iddaħal l-Isptar Mater Dei b’urġenza.
Fi knisja ppakjata, Dun Anton D’Amato spjega li Mark Mallia kien persuna li kien verament iħobb lil Kristu; u għalhekk illum hu jinsab f’idejn Alla. Fil-quddiesa issemma’ kif Mark Mallia kien bniedem pjuttost kontroversjali hekk kif ta’ spiss kien juża il-media soċjali tiegħu biex jgħaddi xi kummenti ribellużi
Iżda fuq kollox, Mark Malia kien jesprimi l-ideat varji tieħu permezz tal-arti. Arti li skont Dun Anton D’Amato, hu kien juża’ biex jesprimi wkoll l-imħabba tiegħu lejn Alla.
Fl-Omelija tiegħu Anton D’Amato stqarr li Mark Mallia kien bniedem dirett u li ma kienx joqgħod idur mal-lewża. Però, dan mhux għax kien bniedem arroganti iżda għax kien bniedem ta’ ħafna għarfien u li kien jaf jitħadded.
Dun Anton D’Amato spjega li hu kien imur sal-Bottegin ta’ Mark Mallia u hemmhekk kienu jitkellmu fit-tul dwar diversi affarijiet hekk kif Mark Mallia kien bniedem ta’ ħafna oppinjonijiet b’saħħithom.
Mark Mallia kien missier ta’ tlett itfal u ħabib ta’ bosta persuni li lkoll kienu preżenti waqt din iċ-ċeremonja.
//= $special ?>