Il-Vici President tal-Istati Uniti Kamala Harris iddikjarat illi wasal iż-żmien li tieqaf il-gwerra fil-Medda ta’ Gaza.
Dan intqal minn Harris innifisha meta fl-aħħar sigħat iltaqgħet mal-Prim Ministru Benjamin Netanyahu; laqgħa deskritta bħala waħda kordjali u kostruttiva.
Kamala Harris, li mistennija tkun ir-rivali ta’ Donald Trump għat-tmexxija tal-White House enfasizzat il-bżonn li tinstab soluzzjoni ibbażata fuq ir-rikonoxximent ta’ żewġ stati.
Intant, aktar kmieni, Netanyahu iltaqa’ wkoll mal-President Biden…filwaqt li l-Ġimgħa għandu jiltaqa’ wkoll ma’ Donald Trump.
Il-kunflitt f’Gaza diġa’ ħalla mad-39,000 vittma – gwerra li eskalat fis-7 ta’ Ottubru meta t-terroristi tal-Hamas ħatfu ostaġġi minn naħa t’isfel ta’ Iżrael.
//= $special ?>