Fil-każ ta’ Edward Scicluna hemm żewġ kwistjonijiet serji: ir-reputazzjoni u l-interess nazzjonali.
Fuq dawn iż-żewġ punti iffoka l-editorjal tat-Times of Malta, illi insista li l-Gvernatur tal-Bank Centrali għandu jwarrab immedjatament. Dan sabiex anke hu stess jevita aktar umiljazzjoni.
Dwar id-daqqa fuq ir-reputazzjoni, tkellem ukoll il-Kap tal-PN Bernard Grech….fl-istess ġimgħa li fiha l-Qorti iddikjarat li Scicluna għandu jgħaddi ġuri b’rabta mad-deal tal-isptarijiet.
Intant, fl-istess editorjal, it-Times fakkret kif Malta għadha fil-proċess li issewwi l-ħsara kbira li saret mill-greylisting. Dan apparti lil-Gvern ta’ Abela għadu taħt il-lenti fuq livell internazzjonali għar-raġunijiet il-ħżiena – inkluż minħabba l-miljuni li tajjar il-Gvern Laburista fuq id-deal ta’ Vitals u Steward.
Din is-saga issa spiċċat anke quddiem is-Senat Amerikan….bil-Kap Eżekuttiv ta’ Steward ġie ordnat jidher quddiem il-Kumitat Parlamentari tas-Saħħa.
Fil-fatt, iċ-Chairperson ta’ dan il-Kumitat – is-Senatur Bernie Sanders – se jinvestiga kif Steward baqgħet tixxaħħaħ fis-servizzi lejn il-pazjenti, meta l-Kap Eżekuttiv Ralph De la Torre daħħal “somom kbar ta’ flus”.
U waqt li Steward kienet qed tagħlaq sptar wara l-ieħor, De la Torre xtara jott ta’ 40 miljun dollaru, dgħajsa tas-sajd li tiswa’ 15-il miljun dollaru, kif ukoll żewġ jets. Bis-Senatur Bernie Sanders jiddeskrivi dan kollu bħala “rgħiba tal-blieħ”.
//= $special ?>