Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech iwieġeb id-domandi tal-pubbliku ma’ Malta Daily
Permezz ta’ Malta Daily, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech kellu l-opportunità li jwieġeb numru ta’ domandi mill-pubbliku fejn ġie mistoqsi dwar diversi temi li l-aktar qed jolqtu lill-poplu Malti u Għawdxi.
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista elenka l-5 punti prinċipali li l-Partit Nazzjonalista se jkun qed jiffoka fuqhom fl-ewwel 100 jum tiegħu fil-Gvern u li permezz tagħhom se jkollna lil Malta bi kwalità ta’ ħajja aħjar, fosthom li;
1) Issir konferenza nazzjonali b’rabta mal-popolazzjoni f’pajjiżna.
2) Ikunu implimentati s-soluzzjonijiet u l-proposti tal-Partit Nazzjonalista biex negħlbu l-għoli tal-ħajja fosthom li l-COLA ma tkunx intaxxata, li jkun hemm Fond Nazzjonali li jgħin lill-importaturi u l-esportaturi kif ukoll li jinħolqu pilastri ekonomiċi ġodda b’impjiegi ta’ kwalità.
3) L-ambjent isir dritt fundamentali fil-Kostituzzjoni ta’ pajjiżna.
4) Jgħaddu mill-Parlament is-sett ta’ liġijiet li propona l-Partit Nazzjonalista biex tiġi implimentata r-rakkomandazzjoni tal-Inkjesta Pubblika relatata mal-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia
5) Tingħata direzzjoni biex jinfetħu proċeduri biex inġibu lura l-€400 miljun li ġew misruqa mill-poplu Malti u Għawdxi mid-deal frawdolenti tal-għotja tat-tliet sptarijiet u naraw li dawn il-flus jitgawdew mill-poplu Malti u Għawdxi.
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech ġie mistoqsi dwar numru ta’ temi oħra, inkluż is-soluzzjoni tal-Partit Nazzjonalista għat-traffiku u kif ukoll is-soluzzjoni tal-Partit Nazzjonalista dwar is-sitwazzjoni tal-mediċi out of stock.
//= $special ?>