Somalu ta’ 30 sena ammetta li ikkawża ġrieħi ħfief waqt argument f’Paceville.
L-inċident seħħ fil-25 ta’ Lulju li għadda. Il-Pulizija kienu waslu fil-post u identifikaw lill-akkużat, li ġie arrestat filwaqt li hu sostna li ma setax jiftakar x’ġara.
Is-Somalu ammetta għall-akkużi u kkoopera mal-Pulizija, dan filwaqt li talab għall sentenza minima.
Il-Maġistrat Victor Axiaq ikkundannah sitt xhur ħabs, sospiżi għal sentejn. Inħarġet ukoll ordni ta’ protezzjoni għall-vittma għal erba’ snin, li teħtieġ li ma jikkuntattjax lill-vittma.
Intant, din ma kinitx l-ewwel darba li l-akkużat tressaq il-Qorti