Sport

Iċ-ċerimonja tal-ftuħ tal-Olimpjadi tixgħel il-belt ta’ Pariġi bi spettaklu uniku

L-Olimpjadi tal-2024 fetħu f’Pariġi b’eluf ta’ atleti jbaħħru tul ix-Xmara Seine, b’dak meqjus bħala wieħed milll-“akbar spettakli fid-Dinja” f’ċerimonja tal-ftuħ ambizzjuża. L-avveniment pero beda bi tfixkil kbir minn filgħodu, bl-attakki fuq is-sistemma tal-ferrovija imbgħad kompliet filgħaxija b’xita qliel, iżda dan l-avvaniment tmexxa minn operazzjoni ta’ sigurtà li kienet tinvolvi għexieren ta’ eluf ta’ pulizija franċiżi u anke barranin.

L-avveniment kien fih 12-il taqsima artistika, inklużi ballet, cancan, opra, u anke zip-lining. Il-fjamma ġiet mgħoddija lil Rafael Nadal, Nadia Comaneci, Serena Williams, u Carl Lewis, li ġarrewha fuq dgħajsa lejn il-Louvre. Iċ-ċerimonja ntemmet bid-dawl ta’ bużżieqa tal-arja sħuna għolja 30 metru. L-ikona Kanadiża Celine Dion għamlet l-ewwel prestazzjoni tagħha fuq it-torri effeil minn meta żvelat kundizzjoni newroloġika f’Diċembru 2022.

Il-President tal-Kumitat Olimpiku Internazzjonali (IOC) Thomas Bach enfasizza l-għaqda u t-tolleranza mogħtija mil-Logħob, minkejja l-impatt tal-kunflitti, bħall-projbizzjoni fuq ir-Russi u Atleti mill-Belarus wara l-invażjoni Russa tal-Ukrajna. Waqt din iċ-ċerimonja iktar minn 100 kap ta’ stat u gvern attendew.