F’messaġġ qasir tal-okkażjoni, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech irringrazzja lil dawk li attendew tal-appoġġ tagħhom lill-Partit Nazzjonalista, filwaqt li sostna li l-Partit Nazzjonalista se jibqa’ jaħdem għal politika li toffri kwalità ta’ ħajja aħjar għalik. Politika nadifa. Ħares lejn l-episodji li esperjenzajna u qed nesperjenzaw; il-qtugħ fid-dawl, il-kriżi fis-saħħa, l-għoli tal-ħajja u anki aspetti oħra li kuljum qed joħolqu diffikultajiet ġodda fost il-poplu.
Bernard Grech qal li l-Partit Nazzjonalista qed jissokta bil-ħidma tiegħu, u li fuq kollox ir-rappreżentanti tal-Partit Nazzjonalista qed jibqgħu viċin in-nies, biex il-politika tal-Partit tkun tassew mibnija fuq dak li jeħtieġ li jsir f’pajjiżna. Politika ta’ fejda.



