Lokali

Iweġġa’ gravi wara ħabta bejn żewġ karozzi fil-Floriana

Raġel ta’ 45 sena residenti Ħal Qormi weġġà gravi wara li kien involut f’ħabta bejn żewġ karozzi.

L-inċident seħħ għall-ħabta ta’ nofsillejl fi Triq Nazzjonali, il-Floriana.

Il-Pulizija marret fil-post u minn investigazzjoni li saret irriżulta li seħħet ħabta bejn Renault Megane misjuqa mir-raġel u Ford Focus misjuq minn raġel ta’ 39 sena minn Ħal Balzan.

Is-sewwieq tar-Renault sofra xi ġrieħi u għalhekk ingħata l-għajnuna minn tim mediku li mar
fil-post. Huwa ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza, fejn aktar tard ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.