Izjed minn 100 nirien qed jinfirxu madwar l-istat ta’ Kalifornja fl-Amerika, b’ħajt tan-nar ta’ 328 pied, li hu spekulat li ħaraq nofs il-bini f’raħal popolari għat-turisti.
Iżjed minn 130 dar nħarqu l-Ġimgħa filgħaxija, kawża tan-nirien li bdew l-Erbgħa li għadda. S’issa m’hemmx rapporti li mietu xi nies, iżda l-aħħar darba li kien hemm nirien simili bħal dawn fl-2018 mietu 85 persuna dan apparti li nħarqu mal-11,000 residenza.
Intant, raġel ta’ 42 sena ġie arrestat b’rabta ma’ dawn in-nirien, hekk kif kien hemm rapporti li mbotta karozza li kienet qed tieħu n-nar f’kanal qabel ħarab mill-post.
//= $special ?>