Lokali Qorti

Mhux ħati b’rabta mal-attentat ta’ qtil f’Ħad-Dingli tal-2018

Wara ħames sigħat u nofs ta’ deliberazzjoni l-ġurati ddeterminaw li Joseph Scicluna mhux ħati għall-attentat ta’ qtil f’Ħad Dingli tal-2018.

Il-verdett kien bi’ tmien voti kontra wieħed u allura dan ifisser li l-ġurati ma sabuħx ħati.

F’dan il-ġuri Joseph Scicluna kien akkużat bl-attentat ta’ qtil ta’ Mark Farrugia wara argument f’għelieqi fl-inħawi ta’ San Ġakbu f’Ottubru tal-2018. F’dan il-każ, l-allegat vittma Farrugia, sostna li kien Scicluna li attakkah l-ewwel, filwaqt li l-akkużat Scicluna sostna li Farrugia ppuntalu senter lejh.

Il-ġuri nstema quddiem l-Imħallef Consuelo Scerri Herrera.

Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-avukati Kevin Valletta u Kayleigh Bonett f’isem l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali. Għal Scicluna dehru l-Avukati Arthur Azzopardi u Jacob Magri, filwaqt li l-avukat Shaun Zammit deher għal Farrugia.