Sport Sport Ieħor

Abe Hifumi jiddefendi t-titlu tiegħu u jirbaħ id-deheb fil-Judo

(Ritratt: EPA)

Il-Ġappuniż Hifumi Abe rebaħ id-deheb tal-Judo fil-kategorija tal-irġiel, fil-weightclass tas-66kg meta għeleb lil Willian Lima fil-finali. Abe Hifumi ddefenda t-titlu tiegħu hekk kif rebaħ il-konfront tant mistenni tiegħu.

Abe kompla r-rekord impressjonanti tiegħu ta’ bla telf ilbieraħ hekk kif ilu ma jitlef ġlieda fit-tour Dinji tal-Judo f’ħames snin.

Minn naħa l-oħra, Willian Lima kiseb il-midalja tal-fidda biex kompla r-rekord ta’ pajjiżu fejn f’kull edizzjoni tal-Olimpjadi mill-1984 kien hemm Judoka Brażiljan li rebaħ midalja.

Fl-aħħar nett, Denis Vieur li huwa kklasifikat bħala n-numru wieħed fil-klassifiki internazzjonali, rebaħ l-ewwel midalja Olimpika tiegħu fit-tielet prestazzjoni tiegħu fl-Olimpjadi hekk kif għeleb lill-Franċiż Walide Khyar.

Gusman Kyrgyzbayez ingħaqad miegħu fuq il-podju hekk kif kompla s-suċċess tal-Kazakhstan fil-Judo fl-Olimpjadi 2024. Kyrgyzbayez għeleb lil Strahinja Bucnic.