Fil-kategorija tal-Judo tan-nisa fil-weight class tat-52kg, l-Uzbekistana Diyora Keldiyorova saret l-ewwel atleta mill-Uzbekistan li rebħet midalja tad-deheb fil-judo meta għelbet lil Distria Krasniqi mill-Kosovo.
Fil-mixja tagħha lejn il-finali, hi rnexxiela tegħleb anke liċ-ċhampion Olimpiku tat-Tokyo Abe Uta.
Din ir-rebħa hija waħda storika hekk kif Keldiyorova saret l-ewwel atleta femminili li rebħet midalja tad-deheb fil-Judo mill-Uzbekistan.
Iċ-champion Olimpiku fil-kategorija tat-48kg, Distria Krasniqi, tilfet il-finali u sussegwentament rebħet il-fidda għall-pajjiżha.
Ir-rebbieħa tal-midalji tal-Bronż kienu Amandine Buchard u Larissa Pimenta.
//= $special ?>