Is-sewwieq Ingliż ta’ Mercedes George Russell dawar totalment il-kwalifikazzjoni li kellhu meta tela’ mis-sitt post għall-ewwel post u rebaħ il-Grand Prix tal-Belġju għall-ewwel darba fil-karriera.
Suċċess għal Mercedes hekk kif is-sewwieq l-ieħor Lewis Hamilton daħal fit-tieni post, biex b’hekk okkupaw l-ewwel żewġ postijiet mill-klassifika finali.
Ir-rebbieħ tal-Grand Prix tal-Ungerija Oscar Piastri kiseb post fuq il-podium għat-tieni ġimgħa konsekuttiva hekk kif temm fit-tielet post.
Is-sewwieq ta’ Ferrari Charles Leclerc daħal fir-raba’ post, segwit miċ-champion attwali Max Verstappen.
Lando Norris ta’ McLaren daħal fis-sitt post wara li l-ġimgħa l-oħra temm fit-tieni post. Carlos Sainz kien is-sewwieq li daħal fis-seba’ post.
Sergio Perez daħal fit-tmien post, filwaqt li Fernando Alonso daħal fid-disa’ post.
Esteban Ocon kien l-aħħar sewwieq li daħal mal-ewwel għaxra.
Zhou Guanyu ta’ Kick Sauber kien is-sewwieq li ma spiċċax it-tellieqa.
//= $special ?>