L-attur veteran Robert Downey Jr, wara assenza ta’ snin, qed jirritorna bħala karattru tal-Marvel Comics u fejn, fi kliemu stess, se jinterpreta mill-ġdid ir-rwol ta’ ‘protagonista kumplikat’.
Din id-darba, Downey Jr, li aktar kmieni fis-sena rebaħ Oscar għall-film ‘Oppenheimer’, se jkun karattru partikulari fil-film ġdid ibbażat fuq tim tas-supereroj magħrufin bħala l-Avengers mad-dilettanti numerużi tal-franchise.
U waqt li Downey, snin ilu, kien l-ixprun wara s-suċċess tal-films dwar Iron Man – produzzjoni oħra bbażata fuq tema tal-Marvel Comics – hu, din id-darba, qed jirritorna fir-rwol ta’ Dr Victor Von Doom fil-film Avengers Doomsday li joħroġ f’’Mejju tal-2026, Dr Von Doom hu l-antagonista viljakk tal-Avengers fil-komiks tal-Marvel, b’Downey se jkun anki involut fi produzzjoni oħra bl-isem Secret Wars u li wkoll titratta avventura oħra tal-Avengers.
L-aħħar darba li Robert Downey Jr interpreta rwol relatat mal-avventuri tal-Marvel kien fl-2019 permezz tal-film Avengers: End Game li ħareġ fl-2019.
Sadanittant, numru ta’ atturi – fosthom Downey Jr – li ssieħbu mal-franchise tal-Marvel kienu preżentati lid-dilettanti numerużi ta’ dawn il-films waqt avveniment tal-Comic Con organizzat f’San Diego, fl-Istat Amerikan ta’ California.
//= $special ?>