Wara li l-Prim Ministru Robert Abela prova jeħles mid-Deputat Ian Borg u jaħbiħ mix-xena lokali – il-faxxa ta’ Joseph Muscat qed timbutta lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin biex jilħaq flok Chris Fearne bħala Deputat Prim Ministru u Deputat Mexxej tal-Partit Laburista. Pożizzjoni li tpoġġi lill-Ministru Ian Borg proprju maġenb Robert Abela.
L-Eks Ministru tat-toroq, li ħalla lil dan is-settur fi kriżi bin-numru ta’ karozzi fit-toroq Maltin dejjem jiżdied, mhux marbut biss ma’ proġetti infrastrutturali maġġuri, imma anke ma’ skandli enormi fosthom l-iskandu tal-liċenzji tas-sewqan.
Issa, skont rapporti tat-Times of Malta jidher li, Ian Borg huwa l-Ministru favorit li jieħu post Chris Fearne bħala Deputat Mexxej għall-Affarijiet Parlamentari u Deputat Prim Ministru, dan wara li fil-bidu tal-kampanja elettorali tal-elezzjonijiet ta’ 8 ta’ Ġunju hu deher viċin ħafna tal-Eks Prim Ministru Joseph Muscat, f’avveniment li sar fil-Belt Valletta.
Dan minkejja li jidher li hemm deputati oħra Laburista li ngħataw Ministeru minn Robert Abela, li qed jissemmgħu għal din il-kariga, fosthom Byron Camilleri, Clint Camilleri u anke Clifon Grima. B’xi wħud isemmu l-Minisru Owen Bonnici li serva bħala Ministru fil-Gvern ta’ Joseph Muscat.
Intant, f’kummenti li ta lit-Times of Malta, Ian Borg ma ċaħadx li jaf ikun qed jikkontesta din il-kariga, b’Borg itenni li għadu ma ħax deċiżjoni fuq jekk hux ħa jkun qed jimbotta sabiex ikun fit-tmun tal-Partit Laburista u anke tal-pajjiż, maġenb Robert Abela.
B’persuna viċin sew tal-Partit Laburista jtenni li Borg, huwa fost l-aktar Ministri li jappella għall-grassroots tal-Labour, kif skont hu jixhdu l-post li jitfa’ hu fuq il-midja soċjali b’dan l-istess persuna jgħid li ma hemm ħadd ieħor bħal Ian Borg fil-kabinett.
Fil-ġurnal ġie spjegat kif il-Ministru Ian Borg, qabel ma bagħtu barra minn xtutna, Robert Abela kien wieħed imdawwar b’bosta kontroversji, hekk kif kien fiċ-ċentru mhux biss tal-iskandlu tal-liċenzji tas-sewqan imma anke kien ikkritikat fuq il-fatt li pprijoritizza l-iżvillup tal-bini u mhux in-natura ta’ pajjiżna.
Intant dawn l-indikazzjonijiet li l-faxxa ta’ Muscat qed timbotta lil Ian Borg għal Deputat Mexxej, jiġu wara li erba’ snin ilu Borg iddeċieda li ma jikkontestax l-elezzjoni għat-tmexxija tal-Partit Laburista flok Muscat.
B’membru parlamentari saħansitra tenna li hemm numur ta’ membri parlamentari li huma interessati li jikkontestaw għal din il-kariga, però qed jistennew biex jaraw jekk Ian Borg hux se jikkontesta din l-elezzjoni interna.
//= $special ?>