Lokali

Il-Prim Ministru bla pjan kif jindirizza l-isfidi enormi li ġabet magħha l-isplużjoni fil-popolazzjoni

Il-Prim Ministru Robert Abela, baqa’ ma preżenta l-ebda soluzzjoni kif se jsolvi l-problema taż-żieda enormi tal-popolazzjoni.

Anzi għażel li jagħmel intervista qasira fuq One Radio biex jitkellem biss fuq il-Maltin li skontu qed jabbużaw

Kliem li jikkuntrasta mal-politika li ħaddan hu stess – dik ta’ mudell ekonomiku ibbażat fuq il-kwantità u mhux il-kwalità.

Abela għal jum ieħor għażel li jinjora l-problemi enormi li qed jiffaċċja l-pajjiż fosthom il-kriżi tat-traffiku li qed tippersisti anka fix-xhur tas-sajf.

Il-kriżi tal-enerġija li qed tkompli twassal għal qtugħ fil-provvista tal-elettriku kemm f’Malta kif ukoll f’Għawdex.

U fuq kollox il-kriżi tal-Gvernatur tal-Bank Ċentrali fejn Edward Scicluna qed jibqa’ ggranfat mas-siġġu b’Abela jagħżel li ma jagħmel xejn. Fejn saħanistra hu anke qed jinjora l-fatt li pajjiżna għadu mingħajr Deputat Prim Ministru.