Sport Sport Ieħor

Jin Ye Oh tikser ir-rekord Olimpiku u tirbaħ id-deheb fl-isparar tal-Air Pistol

(Ritratt: EPA)

Fl-isparar tal-Air Pistol tad-distanza tal-10 metri, iċ-Ċiniż Yu Xie akkumula total ta’ 240.9 punti biex rebaħ id-deheb għall-pajjiżu, filwaqt li t-Taljan Nilo Federico Maldini spiċċa fit-tieni post u rebaħ il-fidda għall-pajjiżu hekk kif akkumula 240 punt. Id-differenza bejn iż-żewġ atleti kienet dik biss ta’ 0.9.

Fit-tielet post temm ukoll it-Taljan Paola Monna biex b’hekk ħa miegħu l-midalja tal-bronż. Huwa akkumula total ta’ 218.6.

Minn naħa l-oħra, fil-kategorija tan-nisa kienet l-atleta mill-Korea t’Isfel Jin Ye Oh li rebħet id-deheb meta kisret ir-rekord Olimpiku tan-nisa meta akkumulat 243.2 punt. Fit-tieni post temmiet atleta oħra mill-Korea t’Isfel, Yeji Kim b’241.3.

Waslet ukoll l-ewwel midalja għall-Indja fl-isparar mill-2012 meta Manu Bhaker temmiet fit-tielet post u rebħet il-Bronż.