Sport Sport Ieħor

L-Awstraljana Jessica Fox tirbaħ id-deheb fil-finali tas-slalom tal-kenura tan-nisa

(Ritratt: EPA)

Podju magħmul minn tliet nazzjonijiet differenti hekk kif l-atleta Awstraljana Jessica Fox kisbet l-ewwel rebħa fl-Olimpjadi fil-karriera. Fox saret l-ewwel mara li rebħet erba’ midalji f’4 edizzjonijiet differenti f’dan l-isport hekk kif rebħet il-fidda f’Londra fl-2012, kif ukoll rebħet żewġ midalji Bronż f’Rio 2016 u Tokyo 2020, u ovvjament rebħet id-deheb f’Pariġi

Klaudia Zwolinska mill-Polonja rebħet il-midalja tal-fidda, filwaqt li Kimberly Woods ta’ Team GB rebħet il-Bronż.