Il-Franċiż Leon Marchand ferraħ lill-partitarji ta’ pajjiżu stess meta f’Pariġi kiser ir-rekord Olimpiku tal-leġġenda Michael Phelps u temm fil-ħin ta’ 4:02.95. Marchand diġà għandu r-rekord dinji fl-400m u rebaħ il-Kampjonati tad-Dinja fl-2022 u 2023.
Huwa rebaħ l-ewwel midalja tad-deheb permezz ta’ dan ir-rekord, segwit minn Tomoyuki Mastsushita tal-Ġappun li rebaħ il-fidda bil-ħin ta’ 4:08.62.
L-atleta tal-Istati Uniti Carson Foster temm fit-tielet post bil-ħin ta’ 4:08.66
//= $special ?>