Is-sewwieq ta’ Mercedes Lewis Hamilton wiret ir-rebħa ta’ sieħbu tal-istess tim George Russell wara li s-sewwieq temm fl-ewwel post fil-Grand Prix tal-Belġju u ġie skwalifikat sagħtejn u nofs wara r-rebħa.
Lewis Hamilton wiret ir-rebħa hekk kif temm fit-tieni post fil-klassifika finali, b’ Oscar Piastri jitla’ fit-tieni post awtomatikament.
Din l-iskwalifika waslet wara li Russell wettaq mossa mhux tas-soltu matul it-tellieqa biex jintervjeni l-attakki ta’ Hamilton fl-aħħar laps. L-iskwalifika ukoll tasal minħabba li wara li ntemmet it-tellieqa sar magħruf li l-karozza ta’ Russell kienet 1.5kg inqas minn dik ta’ Hamilton, b’dan iħalli effett kbir fuq min ikun l-iżjed veloċi matul it-tiġrija.
Dan ifisser li anke Charles Leclerc rebaħ postu fuq il-podium wara li tela’ t-tielet, b’ Max Verstappen iżid fil-punti u jitla’ ir-raba’.
Il-karozza ta’ Russell kienet oriġinarjament 798kg qabel it-tellieqa, li huwa eżatt l-ammont minimu li huwa aċċetat għal piż tal-karozza u sewwieq flimkien. Madankollu wara t-tellieqa l-istewards indunaw li l-karozza ma kienitx totalment vojta mill-fjuwil. B’hekk fil-verita, il-karozza kellha piż ta’ 796.5kg.
//= $special ?>