In-nomina ta’ Glenn Micallef, l-eks Chief of Staff tal-Prim Ministru Robert Abela, tindika kemm Abela ma jixtieqx jagħmel ċaqliq fil-Kabinett tal-ministri tiegħu, kif ukoll nuqqas ta’ ħeġġa min-naħa tiegħu li jagħmel tibdiliet radikali.
Hekk iddikjarat il-gazzetta ‘Illum’ meta analizzat l-għażla ta’ Robert Abela, illi ħabbar l-isem ta’ Glenn Micallef nhar il-Ħamis li għadda waqt attività tal-Partit Laburista.
Il-gazzetta ‘Illum’ issemmi kif din il-mossa tal-Prim Ministru kompliet issaħħan l-irjus fil-Kabinett. U hemm ħafna li mhux kuntenti b’din id-deċiżjoni.
Il-gazzetta tiżvela li fost il-ministri li urew interess li jkunu kkunsidrati għal din il-kariga ta’ Kummissarju ewropew kien hemm Owen Bonnici, Byron Camilleri u Carmelo Abela. Iżda Robert Abela baqa’ jwebbes rasu, u għażel l-eks Chief of Staff tiegħu sabiex iservi fi Brussell.
Micallef huwa persuna li qatt ma kkontesta elezzjoni, qatt ma kien fil-politika, u allura lanqas biss għandu esperjenza Ministerjali. Bil-gazzetta tgħid li dan jaf joħloq problemi, speċjalment meta l-isme jasal għand Ursula von der Leyen.
Fl-analiżi tagħha, l-Illum tgħid li Robert Abela jaf li hemm ċans mhux remot li Glenn Micallef, li għadu relattivament żgħir, jista’ ma jiġix aċċettat bħala Kummissarju minħabba n-nuqqas ta’ esperjenza politika – għalkemm sorsi li tkellmu ma’ Net News qalulna li fi Brussell għaddejin manuvri kbar biex il-pjan ta’ Abela ma jsibx intoppi. Tant li qed jipprovaw jikkonvincu lit-team ta’ Von der Leyen illi Micallef kien l-aħjar għażla.
//= $special ?>