Lokali

Robert Abela “ma jafdax lill-ministri tiegħu”

Kien waqt attività tal-Partit Laburista fil-Barrakka ta’ Fuq fejn Robert Abela ħabbar l-għażla tiegħu għal Kummissarju Ewropew – għażla li waqgħet fuq Glenn Micallef, li huwa l-eks Chief of Staff tieghu, u li se jkun in-nominat Malti għall-Kummissjoni.

Immedjatament wara din id-dikjarazzjoni, Il-PN stqarr li Robert Abela kompla jikkonferma kemm hu iżolat u m’għandux fiduċja fil-Ministri tiegħu stess meta għażel lil eks Chief of Staff tiegħu għal Kummissarju Ewropew minflok membru tal-Kabinett. Dan għaliex jaf li, bil-kriżi li għandu, jekk jipprova jagħmel ċaqlieq fil-Kabinett, ikun qed ikompli jkabbar il-ġlied intern li diġà għandu fil-Partit Laburista.

Il-Ħamis, il-Prim Ministru għamel aċċenn ukoll għal Chris Fearne, illi suppost kellu jkun hu il-magħżul għal din il-pożizzjoni

Interessanti l-fatt li Robert Abela kellu jwassal dawn l-iżviluppi tant importanti għall-pajjiż waqt attività tal-Partit Laburista minflok waqt konferenza – bħala Prim Ministru, kif wieħed jistenna.
Bil-PN jgħid li l-poplu Malti u Għawdxi jistenna u jixraqlu ħafna aħjar.