Ryan Cachia ħareġ rebbieħ fil-konfront tiegħu kontra Guliani Venucclo fi ġlieda internazzjonali f’Rosolini, meta għeleb lil Guliani Venucclo taħt ir-regoli tal-K1.
Ryan iddomina totalment it-tliet rawnds, tant kemm hu hekk li rnexxielu jniżżel l-avversarju wara biss l-ewwel minuta tal-ġlieda fl-ewwel rawnd, bir-referee jibda jgħodd, madankollu Venucclo rrisponda u kompla jiġġieled.
Fit-tieni rawnd Cachia żamm ir-ritmu b’ħafna teknika u għal darb’oħra rnexxielu jniżżel lil Venucclo, madankollu din id-darba r-referee ma bediex jgħodd, bil-kowċ ewlieni ta’ Cachia Noel Mercieca jipprotesta kontra din id-deċiżjoni.
Fit-tielet rawnd Venucclo wara li kien mogħti ċans mir-referee, irrisponda b’daqqiet b’saħħithom, madankollu Cachia rnexxielu jirreżisti u jirrispondi biex fl-aħħar tat-tielet rawnd huwa rebaħ il-kontront b’deċiżjoni unanima.
Fl-istess serata, Kaiden Camilleri wkoll ipparteċipa fl-avveniment, madankollu huwa tilef il-konfront bil-punti kontra ġellied Taljan. Wirja qalbiena miż-żagħżugħ fl-ewwel esperjenza ta’ dan il-kalibru,
Il-kowċ u Master Noel Mercieca kkummenta li kien kuntent bil-prestazzjoni taż-żewġ ġellieda.
//= $special ?>