Il-Pulizija arrestat 21 persuna f’San Pawl il-Baħar u l-Qawra. Dan wara li nstabu kollha jgħixu fil-pajjiż b’mod irregolari.
B’hekk l-investigazzjonijiet tal-Pulizija wasslu biex fl-aħħar jiem ikunu arrestati 32 persuna li kienu qed jaħdmu jew jgħixu f’Malta b’mod irregolari. Din il-ħidma kontinwa hi parti minn koordinazzjoni strateġika f’dan il-qasam.
Il-persuni li jinqabdu f’pajjiżna b’mod irregolari jittieħdu kollha f’ċentru ta’ detenzjoni u jinżammu hemm sakemm ikunu ritornati fil-pajjiż tal-oriġinu tagħhom jew fil-pajjiż li għandhom permess jirrisiedu fih.
Ix-xogħol f’dan il-qasam isir b’mod koordinat mill-Korp tal-Pulizija, flimkien mal-entitajiet l-oħra tal-immigrazzjoni, kif ukoll tax-xogħol, flimkien mal-Aġenzija għas-Servizzi tad-Detenzjoni.
//= $special ?>

