Sport Sport Ieħor

Deheb għar-Renju Unit fil-finali tax-show jumping għat-timijiet

Il-finali tax-show jumping għat timijiet u r-rebħ tat-tieni midalja tad-deheb saret fl-ambjent suġġestiv ta’ Chateau de Versaille, f’Pariġi. L-inqas penalità fil-kompetizzjoni u midalja tad-deheb għar-Renju Unit b’91.30 filwaqt li fit-tieni post temmet Franza b’103.60, u l-Ġappun fit-tielet post b’115.80.

Wirja mill-aqwa minn Laura Collett fuq London 52 li bi 23.10 penalità kien biżżejjed biex ir-Renju Unit jirbaħ il-midalja tad-deheb.

Fit-tim kien hemm ukoll Tom McEwen fuq JL Dublin b’25.80, Rosalind Canter fuq Lordships Graffelo bi 42.40, kif ukoll Yasmin Ingham.